Il-Gwida tal-Ġbejna tal-Benna

Jekk trid tkun taf aktar dwar il-Ġbejna tal-Benna, din hija l-gwida għalik. Mill-istorja tal-ġobon tal-ġbejna, sa kif għandu jisserva, jissajjar u saħansitra ma’ xiex għandu jittiekel. Din il-gwida mhux biss se tkun informattiva iżda se tippermettilek tesplora riċetti li jiftħulek l-aptit u informazzjoni oħra relatata mal-ġbejna.
L-Oriġini tal-Ġbejna tal-Benna

Il-Ġbejna tal-Benna (plural ġbejniet) hija ġobon ta’ għamla żgħira magħmul fil-Gżejjer Maltin mill-ħalib tal-baqra, mill-melħ u mit-tames (rennet). Il-ħalib mill-baqar lokali wera li jipproduċi ħalib b’kontenut ta’ xaħam u proteina li huwa adattat ħafna għall-produzzjoni tal-ġobon.

Fl-1990 il-Ġbejna tal-Benna magħmula mill-ħalib tal-baqra ppasturizzat f’imballaġġ issiġillat bil-vakwu, bdiet tinbiegħ fis-suq. Din mill-ewwel kienet suċċess mal-konsumaturi lokali li kienu qed ifittxu prodott ta’ kwalità tajba u mingħajr riskju.

Kif issir il-Ġbejna?
Il-Ġbejna tal-Benna hija ġobon tradizzjonali Malti magħmul permezz ta’ ħalib li joriġina biss mill-baqar li jiġu mgħallfa lokalment. Matul il-produzzjoni, il-ħalib jiġi ppasturizzat, biex jitneħħew il-patoġeni, u kull ġbejna tgħaddi mill-fermentazzjoni u t-tnixxif.

Dak li jagħmel il-Ġbejna tal-Benna speċjali huwa l-uniċità tal-proċess tal-għalf u tal-ħlib tal-baqar li jista’ jsir biss f’Malta. Il-kompożizzjoni kimika tal-ħalib użat biex isir il-ġobon tiġi affettwata u pperfezzjonata mill-klima Mediterranja Maltija, mill-kwalità tal-ilma minn sorsi lokali, mit-tip ta’ għalf u mill-ħżin tal-ħalib. Dawn huma elementi kruċjali li jikkontribwixxu għall-kwalità tal-ħalib tal-baqra Malti u fl-aħħar mill-aħħar għal dik tal-Ġbejna tal-Benna delizzjuża.

Varjazzjonijiet differenti
Il-proċess tat-tnixxif fil-produzzjoni tal-ġbejna huwa dak li jipproduċi l-varjazzjoni aktar iebsa tal-ġbejna meta mqabbla mal-varjazzjoni friska u mhux imnixxfa li hija aktar ratba (ġbejna friska). Ladarba l-ġbejniet jiġu prodotti, dawn jistgħu jiġu refriġerati biex jinbiegħu bħala friski, ġbejniet rotob u jinbiegħu fi ftit jiem. Madankollu, jekk ikunu se jinbiegħu bħala ġbejniet niexfa ta’ għamla żgħira, dawn jitħallew barra biex jinxfu, jiġu mxappa fil-ħall u jiġu mrembla fi ħwawar differenti.

Il-Ġbejna tal-Benna tiġi f’erba’ ħwawar minbarra dik friska tas-soltu.

L-Aħjar Modi kif Tħejji u Sservi l-Ġbejna tal-Benna

Il-Ġbejna hija waħda mill-ġobniet klassiċi Maltin li tintuża b’mod kostanti fuq kwalunkwe bord tal-ġobon, pizza tradizzjonali, jew platt għaġin Mediterranju. Peress li l-Ġbejna tal-Benna tiġi f’varjetà ta’ ħwawar, hija ingredjent ferm versatili għal kwalunkwe platt.

Ftira, Insalati u Wraps

Il-Ftira hija ħobża tradizzjonali Maltija f’forma tonda magħmula mid-dqiq, l-ilma u l-melħ. Il-ftira Maltija tagħmel ikla sempliċi, ta’ malajr u delizzjuża, speċjalment meta tkun mimlija bl-ingredjenti friski t-tajba. Kwalunkwe waħda mill-Ġbejniet imħawra tal-Benna tkun żieda perfetta ma’ ftira.

L-insalata hija l-aktar platt frisk li wieħed jista’ jagħżel fix-xhur tas-sajf. Iżda l-insalata tkun friska biss jekk l-ingredjenti tagħha jkunu friski wkoll. Din hija r-raġuni għaliex il-Ġbejniet tal-Benna huma l-għażla ovvja meta tkun qed toħloq l-insalata unika tiegħek b’togħma tajba. Ikkombina kwalunkwe waħda mill-Ġbejniet imħawra tal-Benna ma’ prodotti lokali u friski għal ikla ta’ nofsinhar li tissodisfak.

Ir-wraps huma għażla oħra ta’ malajr u faċli iżda mhux neċessarjament għandhom ikunu bla togħma jew mhux apetitużi. Jekk iżżid ftit biċċiet ta’ Ġbejna tal-Benna mar-wrap tiegħek , dan se jtejjeb l-mili standard tar-wrap. Għal aktar togħma, poġġi r-wrap tiegħek taħt grilja tas-sandwiches.

Fuq il-Grilja jew Moqlija

Is-sajf riesaq ġmielu u min ma jkunx qed jistenna bil-ħerqa ikla barbikju delizzjuża u atmosfera sħuna sajfija? Il-Ġbejna tal-Benna hija ġobon li jista’ jiflaħ ftit aktar sħana minn oħrajn u li ma jdubx malajr. Dan jagħmilha perfetta għal ċerti riċetti, bħal skjuwers bil-ġbejniet bil-Parma ham imdawra.

Il-Ġbejna tal-Benna hija wkoll topping eċċellenti għal burger bnina. Tejjeb il-burger tiegħek billi żżid biċċiet irqaq ta’ Ġbejna tal-Benna Mħawra u spiċċa billi żżid iz-zalza jew id-dressing favoriti tiegħek.

Jekk għadek ma ppruvajtx il-ġbejna moqlija, ippruvaha issa! Li tigdem f’saff ta’ barra jqarmeċ biex issib saff ta’ ġobon fuq ġewwa artab u mielaħ hija esperjenza li wieħed m’għandux jitlef. Aħseb fl-istikks tal-mozzarella iżda b’togħma aktar intensa. Din tista’ tiġi servuta ma’ chutney ħelu jew mayo kremuż.

Bords għall-Ġobon

Il-mod klassiku ta’ kif tisserva l-Ġbejna tal-Benna huwa fuq bord b’għażla ta’ ġobniet oħra, slajsis kesħin ta’ laħam imsajjar, ġewż, xi frott imnixxef, u krekers lokali tal-ilma (Galletti). Oħloq il-bord tal-ġobon perfett tiegħek billi tordna għażla ta’ ġobon minn dak mhux qawwi sal-aktar qawwi. Dan jagħti lill-mistiedna tiegħek varjetà wiesgħa ta’ togħmiet.

Jistgħu jitħejjew ukoll bords veġetarjani, u dan jista’ jsir billi sempliċiment telimina s-slajsis kesħin ta’ laħam imsajjar u minflok tqiegħed xi ċiċri mixwija, żebbuġ misjur u varjetà ta’ ġewż.

It-Tlaqqigħ tal-Ġbejna tal-Benna mal-Inbid

Meta tkun qed tiddeverti jew sempliċiment tgawdi lejl rilassanti ma’ ħabib/sieħeb, ix-xorb jikkumplimenta tajjeb. Għalhekk, aħna niżżilna ftit għażliet ta’ nbid li jmorru tajjeb ħafna mal-ħwawar differenti tal-Ġbejniet tal-Benna.

Benna Ġbejna tal-Bżar - Inbid Aħmar

Il-Ġbejna tal-Bżar tal-Benna tista’ tisserva ma’ Pinot Noir terren jew ma’ nbid aħmar Merlot li mhux se jegħlbu t-togħma tal-ġbejna iżda pjuttost itejbuha.

Benna Ġbejna Mħawra- Inbid Abjad

Jekk inti persuna li tippreferi l-inbid abjad, allura nirrakkomandaw li tmur mill-ewwel għall-Ġbejna Mħawra tal-Benna (kurrat, basal u bżar aħmar). Jekk trid taċċentwa n-noti tat-togħma tal-bżar aħmar fil-ġbejna, allura iftaħ flixkun Chardonnay u gawdi l-kombinazzjoni tal-għaġeb.

Benna Ġbejna Bajda - Rosé

Għal dawk li jippreferu għażla eħfef ta’ nbid bħar-Rosé, allura t-tlaqqigħ pjaċevoli jkun il-Ġbejna Bajda tal-Benna (bajda/komuni). L-inbid rosé għandu noti ta’ togħma aktar qawwija u jqarmċu aktar u li kieku jitlaqqa’ tajjeb mat-togħma qawwija mielħa tal-Ġbejna Bajda. Issuġġerejna li dan jinxtorob max-Syrah jew maż-Zinfandel.

Benna Ġbejna tal-Ħabaq - Inbid Frizzanti

L-aħħar iżda mhux l-inqas hija l-Ġbejna tal-Ħabaq tal-Benna li, bħall-ġbejniet l-oħra, hija ġobon kemxejn iebes iżda mħawwar bil-ħabaq u t-tewm. Din il-ġbejna, li għandha togħma terrena, tmur tajjeb ma’ nbid abjad frizzanti bil-bżieżaq Chenin Blanc.

It-tlaqqigħ ta’ hawn fuq huwa suġġerimenti iżda jista’ jiġi apprezzat bi kwalunkwe taħlita ta’ nbid li togħġbok. Ma hemm l-ebda mod ħażin kif tixrob l-inbid mal-Ġbejna tal-Benna.

Kif taħżen il-Ġbejna tal-Benna

Il-Ġbejna tal-Benna tista’ tiġi refriġerata għal 90 jum, f’temperatura ta’ massimu ta’ 8°C.