Malta Dairy Products Ltd tixtieq tinforma lill-klijenti tagħha li t-temperaturi eċċezzjonalment għoljin li esperjenzajna matul dan is-sajf ħolqu stress qawwi fuq il-merħla tal-baqar tal-ħalib lokali, u dan wassal għal tnaqqis temporanju fil-produzzjoni tal-ħalib frisk.
Għalkemm tnaqqis fil-volumi tal-ħalib huwa normali matul ix-xhur tas-sajf, din is-sena l-impatt kien aktar qawwi mis-soltu. B’riżultat ta’ dan, id-disponibbiltà ta’ xi prodotti tal-Benna tista’ kultant tkun limitata.
Qed naħdmu mill-qrib mar-raħħala tal-ħalib lokali u mat-timijiet tal-produzzjoni tagħna sabiex nimmassimizzaw il-kwantità ta’ ħalib disponibbli u niżguraw l-aħjar provvista possibbli tal-prodotti tagħna fis-suq.
Nirringrazzjaw sinċerament lill-klijenti tagħna tal-paċenzja, il-fehim u l-appoġġ kontinwu tagħhom lejn il-Benna u s-settur lokali tal-ħalib f’Malta.
Back to All News